'Dak il-Prim Ministru tiegħi u jien mhux spija' - Darren Debono lill-Amerikani

Darren Debono kien mitlub jagħti informazzjoni dwar il-Prim Ministru Muscat u Keith Schembri minn uffiċjali Amerikani, dwar vapuri Russi li kellhom bżonn il-fjuwil u li ma tħallewx jidħlu Malta

Darren Debono
Darren Debono

Darren Debono, li bħalissa qed jiffaċċja akkużi mill-Qorti ta' Katanja dwar kutrabandu ta' żejt, allega illi uffiċjali tal-Ambaxxata tal-Istati Uniti staqsewh għal informazzjoni dwar il-Prim Ministru u Keith Schembri biex ikunu jistgħu jneħħu s-sanzjonijiet kontrih. 

L-Avukat ta' Debono, Victor Bugeja, qal illi l-uffiċjali riedu informazzjoni dwar il-vapuri Russi li kellhom bżonn refuelling iżda li ma tħallewx jidħlu Malta mill-Gvern. Huma staqsewh biex jikkonferma jekk kienx il-Gvern Malti li tahom il-fjuwil barra mill-ibħra territorjali. 

Debono iżda ma weġibx u qal li mhux se jagħti informazzjoni 'għax dak huwa l-Prim Ministru tiegħi u jiena mhux spija." 

Dan intqal fil-każ illi fih Debono qed jitlob biex jitwaqqfu l-attentati tal-Gvern Malti mal-Ġnus Magħuda biex dawn jibdew sanzjonijiet kontrih. Il-Qorti se tiddeċiedi dwar dan il-ġimgħa d-dieħla. 

Debono kien arretat f'Settembru 2017 fuq involviment f'ċirku ta' kutrabandu taż-żejt bejn il-Libja u l-Italja. Minn dakinhar negozju illi għandu kien milqut minn sanzjonijiet, liema sanzjonijiet hu qed jitlob li jitneħħew. 

L-Avukat Bugeja qal li iktar sanzjonijiet ikunu 'katasfrofiċi' għalih.

 

 

 

More in Qrati u Pulizija