Raġel tressaq il-Qorti akkużat li ffastidixxa lil ħuħ, lill-mara ta’ ħuh u lit-tfal tagħhom u li kkawżalhom biża’.
L-akkużat wieġeb minnufih ħati.
Huwa ammetta li kiteb posts fuq Facebook intiżi għal ħuh u l-familja tiegħu, li heddidhom li se jisparalhom, li jsuq fuq in-neputijiet tiegħu u li jqabdilhom id-dar.
Wara li neħħewh minn fuq Facebbok, l-akkużat ċempel lil ħuh biex jheddu kemm ilbieraħ u anke dalgħodu stess.
Kien għalhekk li l-familja rrapportat lill-Pulizija.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ħarġet ordni ta’ protezzjoni għall-vittmi waqt li wissiet lill-akkużat biex ma jersaqx lejhom u lanqas jagħmel kuntatt magħhom.
Jekk jikser din l-ordni, jeħel multa ta’ €7,000
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €5,000
Kien ordna jiffirma fl-għassa tliet darbet fil-ġimgħa.