Ħames xhur ħabs wara li seraq €5 minn ristorant fil-Birgu

Huwa ġie mixli b'serq, li kien sar riċediv u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. 

Raġel ta' 33 sena minn Ħaż-Żebbuġ ingħata s-sentenza ta' ħames xhur ħabs wara li seraq €5 minn ristorant fil-Birgu.

Huwa ġie mixli b'serq, li kien sar riċediv u li kiser kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti f'każ separat. 

Ir-raġel wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bil-Qorti timponi s-sentenza ta' ħames xhur ħabs. Apparti minn hekk, il-Qorti ordnat il-konfiska ta' €15,500 li r-raġel kien ħallas f'garanzija personali fil-każ preċidenti.

Oriana Spiteri mexxiet il-prosekuzzjoni filwaqt li l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech mexxiet is-seduta.

 

More in Qrati u Pulizija