Jammetti li kien parti minn serqa ta' €49,000 minn ristorant fil-Belt Valletta

Żagħżugħ ta' 23 sena jammetti l-ħtija ta' kompliċità f'serqa minn ristorant fis-Suq tal-Belt

Żagħżugħ mill-Belt Valletta ammetta illi kien parti minn serqa ta' kważi €49,000 minn ristorant fil-Belt Valletta stess. 

L-akkużat ta' 23 sena kien akkużat b'kompliċità f'serq aggravat minn ristorant fis-Suq tal-Belt filwaqt li kien akkużat ukoll illi kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. 

Is-serqa seħħet nhar nhar it-Tnejn li għaddew fis-2:15 p.m.

It-tliet Spetturi li mexxew il-Prosekuzzjoni, Fabian Fleri, Lydon Zammit u Priscilla Caruana Lee spjegaw lill-Qorti illi dan l-akużat kien qed isuq il-karozza li biha ħarab il-ħalliel. Il-karozza inqabdet wara li l-Pulizija intraċċaw ir-reġistrazzjoni tal-karozza minn kameras CVA.

Il-ħalliel għadu qed ikun imfittex mill-Pulizija. 

L-Avukat tal-akkużat Gianella De Marco talbet il-ħelsien mill-arrest għall-klijent tagħha, liema talba kienet milqugħa fuq depożitu ta' €2,000 u garanzija personali ta' €10,000.

More in Qrati u Pulizija