Raġel akkużat illi kellu x'jaqsam sesswalment ma' żewġt ibniet taħt l-età ingħata l-ħelsien mill-arrest.
Iż-żagħżugħ ta' 24 sena mill-Fgura kien akkużat il-ġimgħa l-oħra illi kellu x'jaqsam ma' dawn il-bniet u li kellu fil-pussess tiegħu materjal pornografiku li juri tfal taħt l-età. Huwa kien akkużat ukoll illi kellu materjal indiċenti ta' dawn iż-żewġ tfajliet.
Meta kienu qed jixhdu waħda mit-tfajliet qalet li kienet toħroġ mal-akkużat għal erba' snin u li ma kellha ebda interess fil-każ
Sorsi li tkellmu mal-gazzetta oħt Maltatoday qalu illi l-vittma l-oħra ltaqgħet mal-akkużat f'Baħar iċ-Ċagħaq wara li kienet qed tkellmu fuq Facebook. Il-ġenituri ġiegħluha tiblokkja lill-akkużat fuq l-istess mezz soċjali wara li kienet bagħtitlu ritratti tagħha bil-ħwejjeġ ta' taħt.
Il-Qorti nnotat illi x-xhud ewlieni ma xehditx u allura l-akkużat ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €2,000 u garanzija personali ta' €5,000.