Jispara fl-ajru u fuq il-karozzi pparkjati waqt li kien fis-sakra

Dan il-każ seħħ ilbieraħ fil-Qawra fl-4am

Raġel ta’ 38 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li kmieni lbieraħ filgħodu, waqt li kien fis-sakra, qabad jispara fl-arju u fuq karozzi pparkjati.

L-akkużat, Serb, kien arrestat ilbieraħ fl-4am f’San Pawl il-Baħar.

Is-Supretendent Mario Haber qal li r-raġel kien arrestat wara li deher jispara bl-addoċċ waqt li kien taħt l-effett tax-xorb.

Huwa qed ikun akkużat li għamel użu minn arma bla liċenzja, li kkawża ħsara, li kien fis-sakra fil-pubbliku u li kiser il-paċi pubblika.

Intant, jidher ukoll li għaddejja investigazzjoni għax hemm ċans li l-passport tar-raġel huwa wieħed falz.

Huwa wieġeb mhux ħati, bil-Qorti mistennija tagħti s-sentenza tagħha nhar l-1 ta’ Awwissu.

More in Qrati u Pulizija