Akkużat li sawwat lit-tfajla waqt li kienu ġejjin lura minn party

Iż-żagħżugħ qed iwieġeb mhux ħati li kkawża feriti ħfief fuq it-tfajla tiegħu

Żagħżugħ minn Santa Luċija tressaq il-Qorti akkużat li refa’ jdejh fuq it-tfajla tiegħu tant li kkawżalha ġrieħi ħfief.

Il-koppja kienu qed jirritornaw minn party meta allegatament seħħ il-każ.

Iż-żagħżugħ li għandu 24 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000.

Huwa qed iwieġeb mhux ħati.

L-Ispettur Hubert Cini spjega kif il-Pulizija sabet lit-tfajla feruta f’Santa Luċija u qaltilhom li l-akkużat refa’ jdejh fuqha meta l-Ħadd filgħodu, fl-4am, kienu ġejjin lura minn party.

L-Avukat Graziella Tanti infurmat lill-Qorti li mill-bieraħ, l-akkużat ħareġ mid-dar fejn kien jgħix mat-tfajla.

Il-Qorti ordnat li t-tfajla tingħata l-protezzjoni

More in Qrati u Pulizija