Ħabs għal żewġt irġiel misjuba ħatja b’offiżi relatati mal-passaporti

Iż-żewġt irġiel tressqu l-Qorti wara li ppruvaw jitilqu minn Malta, wieħed b'passaport falz u l-ieħor b'passaport ta' ħaddieħor

Żewġt irġiel ingħataw sentenza ta’ erba’ xhur ħabs wara li nstabu ħatja b’offiżi relatati mal-passaporti.

L-ewwel raġel, mill-Gambia, kien akkużat li uża passaport ta’ persuna oħra u li għamel dikjarazzjoni falza lill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni.

Fil-Qorti kien spjegat kif l-akkużat ġie Malta wara li talab l-ażil fl-Italja, qabel ma ddeċieda li jitlaq lejn Manchester b’passaport falz.

Min-naħa tagħha, l-Avukat Leontine Calleja saħqet li l-akkużat huwa wkoll vittma ta’ min tah il-passaport.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi.

Fit-tieni każ separat, l-Ispettur Darren Buhagiar ressaq raġel mill-Kosta tal-Avorju, akkużat li uża passaport falz Taljan.

Dan wasal Malta f’Marzu li għadda u pprova jħalli Malta b’passaport falz.

Huwa wieġeb ħati.

More in Qrati u Pulizija