Qabad jagħti lil pulizija għax ħasbu l-aggressur li attakkah qabel

Żagħżugħ jingħata sena ħabs sospiża meta aggredixxa pulizija f'Paceville 'bi żball'

Żagħżugħ mill-Etjopja nfaqa' jibki fl-awla llum hekk kif kien akkużat illi attakka pulizija f'Paceville, f'dak li rriżulta illi kien każ ta' identità żbaljata. 

Ir-raġel ta' 18-il sena, jirriżulta kien attakkat hu stess u mitfugħ mal-art. F'dan il-punt pulizija mar biex jagħti l-għajnuna u minflok l-akkużat attakkah, bir-riżultat li dan spiċċa lejl il-lock up. 

L-avukat difensur Leontine Calleja spjegat lill-Qorti illi l-akkużat ħaseb illi l-Pulizija kien l-aggressur u attakkah, dan minħabba li kemm l-aggressur tal-akkużat u anke l-Pulizija kienu lebsin ilbies blu. 

"Mhuwiex raġel vjolenti," sostniet l-avukat difensur.

Il-Maġistrat Farrugia Frendo tat lir-raġel sentenza ta' sena ħabs sospiża. 

More in Qrati u Pulizija