Ordnat iħallas €91,000 f'kumpens lil sewwieq ta' rota li tħalla b'diżabilità wara inċident

Is-sewwieq tar-rota kien spiċċa taħt trakk, b'saqajh kważi maqlugħa 

L-inċident li ħalla sewwieq ta' rota b'diżabilità permanenti
L-inċident li ħalla sewwieq ta' rota b'diżabilità permanenti

Xufier ta' trakk li kien involut f'inċident li ħalla sewwieq ta' rota mweġġa' sew u b'diżabilità kien ordnat iħallas €91,000 f'kumpens.

L-inċident kien seħħ f'Rue d'Argens fil-Gżira fl-2012 meta s-sewwieq tat-trakk kien qed iġorr ġebla kbira, injora d-dawl aħmar tat-traffic lights u ħabat mas-sewwieq tar-rota. Il-vitma spiċċa taħt il-vettura.

Numru ta' nies marru biex jgħinu lill-vittma li kien sab illi saqajh kienet prattikament inqalgħet. Minkejja li t-tobba kienu rnexxielhom isalvawlu saqajh, wara diversi operazzjoniet, hu baqa' qatt ma jista' jimxi sew. Il-Qorti semgħet l-uġigħ kien kostanti u kbir. Dan apparti li l-vittma tilef ħafna opportunitajiet ta' xogħol fl-AFM u anke barra mill-pajjiż, fl-istess qasam. 

Il-Maġistrat Lawrence Mintoff qal illi l-inċident seta' kien evitat kieku intużat il-prudenza mis-sewwieq tat-trakk. 

Għalhekk il-Maġsitrat ordna li s-sewwieq iħallas €91,580 f'danni.

 

More in Qrati u Pulizija