Waslu Ħal Far, neżżawha u stuprawha darbtejn ... wieħed jammetti l-ħtija

Wieħed minn erbat irġiel ammetta l-ħtija ta' stupru f'rakkont tal-waħx ta' kif tfajla Taljana inħatfet

Raġel ta' 32 sena mis-Somalja, ingħata sentenza ta' tmien snin u nofs priġunerija wara li ammetta l-ħtija illi ħataf tfajla Taljana u li stupraha flimkien ma' irġiel oħrajn.

L-inċident seħħ f'Marzu 2013, meta tfajla Taljana ta' 21 sena kienet miexja lejn il-Belt Valletta u f'punt minnhom karozza b'erba' rġiel fiha waqfu, ħatfuha u daħluha fil-karozza. 

Il-vittma ppruvat iċċempel lil ħuha, imma l-irġiel ħadulha l-mowbajl.

Hekk kif il-karozza bdiet riesqa lejn Raħal Ġdid it-tfajla pruvat tiftaħ il-bieb u taħrab, imma wieħed mill-irġiel żammha minn griżmejha u prova jifgaha filwaqt li qallha; 'Taljana inti mejta'.

Meta waslu Ħal Far l-irġiel neżgħu għarwenin u stuprawha darbtejn. 

Wara l-assalt l-irġiel tawha l-ħwejjeġ lura u ħallew iż-żona. Hija marret titlob l-għajnuna mill-fabbrika tal-Playmobil.

L-akkuat għażel li jammetti l-akkużi miġjubin kontrieh. 

More in Qrati u Pulizija