Qtil DCG | Iċ-Ċiniż, il-Fulu u l-Koħħu jitpoġġew taħt att ta' akkuża

It-tliet suspettati fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia formalment akkużati bl-omiċidju.

Ritratt  | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi

Is-sit illum.com.mt jinsab informat li t-tliet suspettati bl-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia, l-aħwa George u Alfred Degiorgio u Vince Muscat għadhom kif tpoġġew taħt att ta' akkuża u b'hekk issa formalment akkużati bil-qtil tal-ġurnalista.

Ilbieraħ fil-Qorti l-avukat il-ġdid ta' wieħed mis-suspettati, Vince Muscat argumenta li ma kien hemm l-ebda bażi legali sabiex Muscat jinżamm taħt arrest. Filwaqt li l-ġimgħa l-oħra l-aħwa Degiorgio f’rikors kostituzzjonali saħqu li d-dritt fundamentali tagħhom għal proċess ġust ġie bir-rapport ta’ Peter Omtizgt.

It-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia
It-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia

Aktar informazzjoni malli taslilna.

More in Qrati u Pulizija