Qorti | Jinqabdu fuq bejt ta' dar privata. Imma kienu se jisirqu jew le?

Żewġ irġiel jinqabdu fuq bejt ta' dar fiż-Żejtun, iżda jgħidu li mhux biex jisirqu imma biex wieħed mill-akkużati jara lil bintu...

Żewġ irġiel ma ngħatawx il-ħelsen mill-arrest wara li nqabdu fil-fatt telgħin fuq sellum għal ġo residenza privata. 

L-akkużati, żewġ Maltin, wieħed ta' 40 sena u ieħor ta' 31 sena qalu li mhumiex ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom.

Huma kienu akkużati b'attentat ta' serq u kompliċità, kif ukoll li huma riċedivi.  

Il-Pulizja kienu infurmati b'dak li qed jiġri meta telefonata għarrfithom li raġel kien qed iġib ruħu b'mod suspettuż fuq bejt f'dar fiż-Zejtun. 

Jidher illi wieħed  mill-akkużat huwa qarib ta' sid id-dar.

Waqt li kien qed jiġi arrestat l-akkużat qal li kien qed jipprova jidħol fid-dar biex jara lil bintu. 

Id-difiża talbet li dawn iż-żewġ irġiel jingħataw il-ħelsien mill-arrest, hekk kif l-ebda ħsara ma saret u ma kien hemm ebda prova li dawn kienu qed jippruvaw jisirqu d-dar. 

Il-Prosekuzzjoni iżda oġġezzjonat u sostniet li l-ħelsien mill-arrest m'għandux jingħata għax għad iridu jixhdu persuni fil-Qorti li huma magħrufin sew mal-akkużati. 

Deheru għall-akkużati l-avukati Franco Debono u Marion Camilleri.

More in Qrati u Pulizija