Omm Liam Debono tammetti li serqet minn diversi pompi tal-petrol

Tinżamm arrestata wara sensiela ta’ serqiet minn pompi tal-petrol madwar Malta.

Omm Liam Debono
Omm Liam Debono

Charlotte Zammit ta’ 37 minn Ħal Tarxien baqgħet miżmuma arrestata wara li tressqet il-Qorti akkużata li serqet flus minn diversi pompi tal-petrol madwar Malta fosthom fir-Raħal Ġdid, Ħaż-Żabbar, Attard, Ħal Qormi, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa.

Zammit hi omm Liam Debono li attwalment jinsab mixli bl-attentat ta’ qtil tal-Pulizija, Simon Schembri.

Quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri l-mara wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.

Fis-sottomissjonijiet l-avukat ta’ għajnuna legali Josette Sultana qalet li l-mara ammettiet l-akkużi fi stadju bikri. “Hija tbati mill-problema tad-droga u trid tirriabilta ruħha u għalhekk il-Qorti għandha tkun aktar ħanina magħha,”  qalet l-avukat.

Finalment il-qorti aġġornat għall-ġimgħa d-dieħla bil-mara tinżamm taħt arrest.

Kienet din il-gazzetta li żvelat illi omm Debono f’numru ta’ okkażjonijiet talbitu biex iwassalha d-Detox ħalli tkun tista’ tieħu l-methadone, minħabba li kienet tagħmel użu mill-eroina. Dan anke jekk Debono kien u għadu taħt l-età u allura ma jistax isuq.

 

More in Qrati u Pulizija