Il-Qorti tagħti ċans ieħor lil raġel li daħal jisraq minn skola taż-żfin

Ir-raġel wieġeb ħati u ngħata sentenza sospiża

Raġel ingħata sentenza sospiża wara li tressaq il-Qorti akkużat li daħal biex jisraq minn skola taż-żfin.

Huwa tressaq il-Qorti akkużat li seraq mill-iskola taż-żfin li tinsab fil-Marsa fil-lejl tal-21 ta’ Jannar.

Apparti li sar reċidiv, ir-raġel li għandu 45 sena, ġie akkużat ukoll b’serq aggravat u li wettaq ħsara fl-iskola.

L-Avukat tad-Difiża talbet li tersaq lejn il-Maġistrat biex tiddiskuti aspett mill-każ magħha.

Aktar tard, l-akkużat wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih waqt li insista mal-Avukat tiegħu li kien ċert mid-deċiżjoni li kien qed jieħu.

Il-Maġistrat Doreen Clarke tagħtu sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin, waqt li wissiet lill-akkużat li dan ifisser li jekk fi tliet snin se jwettaq reat ieħor se jeħel minnufih 18-il xahar ħabs.

“Jekk għandek il-problemi solvihom. Mhux toħloq aktar. Hemm għajnuna,” temmet tgħidlu l-Maġistrat.

More in Qrati u Pulizija