Uffiċjal tas-sigurtà jweġġa' lil ġar b'mus wara argument fuq mużika għolja

L-akkużat kien qed jistrieħ wara ġurnata xogħol meta l-ġar u sħabu bdew jagħmlu l-istorbju

Uffiċjal tas-sigurtà tal-Ambaxxata Libjana tressaq il-Qorti akkużat li weġġa' lill-ġar tiegħu wara li allegatament tah daqqa ta' mus għax kien qed jagħmel l-istorbju waqt li hu kien rieqed wara ġurnata xogħol.

L-akkużat li għandu 52 sena mill-Imsida, tressaq quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace akkużat li weġġa' gravi lill-ġar tiegħu li kien qed iġorr sikkina mingħajr permess.

Il-Qorti semgħet kif l-akkużat ipprova jwaqqaf grupp ra' rġiel milli jdoqqu mużika għolja quddiem id-dar tiegħu u kien hawn li qabad l-argument.

F'mument minnhom, l-akkużat allagatament hedded lill-grup bil-mus u eventwalment weġġa' wieħed mill-irġiel u kkawżalu ġrieħi f'subgħajh.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta'  €5,000.

More in Qrati u Pulizija