Ingliż jinqabad b'żewġ armi tan-nar bla liċenzja fl-Ajruport

Ir-raġel Ingliż jgħid li ma kienx jaf illi għandek bżonn liċenzja biex iġġorr arma ... jingħata sentenza sospiża għal sena

Raġel Ingliż ta' 54 sena kien interċettat fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta hekk kif kien qed iġorr arma tan-nar u pistola. 

Il-Qorti ordnatlu li jintbagħat seba' xhur ħabs sospiżi għal sena u kkonfiskatlu ż-żewġ armi. 

Il-Prosekuzzjoni mmexxija minn Silvio Magro qal lill-Qorti illi l-akkużat kien instab jipprova jesporta armi tan-nar lejn ir-Renju Unit. "Ma kienx jaf x'tistipula l-liġi u kien qed jibgħat l-armi lil ħuh," qal Magro. 

L-Avukat tal-Għajnuna Legali Niel Bartolo, li kien qed jiddefendi lill-akkużat qal li l-klijent ma kienx jaf li għandu bżonn permess biex iżomm armi. 

"Dan huwa każ sfortunat għax ħu l-akkużat għandu liċenzja għal dawn l-armi ... fil-fatt l-akkużat ma kienx qed jipprova jaħbihom." 

Ir-raġel ingħata sentenza ta' seba' snin priġunerija sospiżi għal sena u l-konfiska tal-armi li kellu. 

More in Qrati u Pulizija