Aġġornata | Pulizija ta' 24 sena jaqla' xebgħa kbira minn eks ħabsi

Persuna magħrufa mal-pulizija bdiet issuq bl-addoċċ...twaqqfet mill-Pulizija, fetaħ il-bieba u beda jagħtih bla ħniena

ritratt: one.com.mt
ritratt: one.com.mt

Il-Kuntistabbli mill-għassa ta’ Ħaż-Żabbar, PC 835 Christian Agius, li hu minn Raħal Ġdid, safa' msawwat meta kien għaddej bil-karozza mal-għarusa tiegħu għal kwiet.

ritratt meħud minn one.com.mt
ritratt meħud minn one.com.mt

Meta Agius qabeż il-mina ta' San Ġiljan, lemaħ bniedem magħruf mal-pulizija li kien anke l-ħabs li beda jaqbeż l-linji u karozzi oħrajn b'mod illegali meta fil-mina mhux suppost isserrep. Meta Christian tefa mal-ġenb, l-aggressur ħareġ, fetaħ il-bieba u beda jagħtih bla ħniena anke jekk dan qallu li hu pulizija. L-aggressur ħarab iżda nqabad mill-pulizija u ġie arrestat filwaqt li l-pulizija spiċċa l-isptar Mater Dei u l-għarusa tiegħu tinsab taħt xokk.

...intant illum mill-Qorti

Raġel ta' 40 sena mill-Birgu ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat li attakka lil Christian Agius. Il-Maġistrat Anthony Vella sema' lill-Ispettur Matthew Spagnol jallega li Angel Attard huwa student fl-arti marzjali u għandu storja ta' rabja fit-toroq. Apparti offiżi differenti, huwa mifhum li Attard kien ġera u attakka wkoll xufier ta' bawżer. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest bi Spagnol jgħid li Attard qal li ried iħassar wiċċ il-Pulizija.  

Il-ġrieħi fuq wiċċ il-vittma, riżultat tal-attakk jidher li huma permanenti. 

L-avukat ta' Attard, Carm Mifsud Bonnici qal illi s'issa instemgħet biss qanpiena waħda u peress li huwa self-employed hu kapaċi jsegwi kundizzjonijiet ta' ħelsien mill-arrest. 

 

 

 

 

 

More in Qrati u Pulizija