Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg se jagħmel id-diskors uffiċjali tiegħu l-lejla fis-6:30pm fuq il-baġit li ġie ppreżentat il-ġimgħa l-oħra.
Alex Borg diġa' tkellem fuq il-baġit f'kritika ta' malajr wara l-baġit stess fejn qal li dan "baġit li jifrex il-flus" imma ma jsolviex il-problemi persistenti fil-pajjiż fosthom id-dejn, it-traffiku u n-nuqqas ta' investiment f'intrastruttura essenzjali. F'dan il-komunikat, il-PN qal li l-aġġustament tal-COLA ta' din is-sena kienet iżjed simbolika.
Dan id-diskors se jsir fid-dawl tal-kjas li qajjem Alex Borg billi rrifjuta ż-żieda fil-paga u issa tad-deċiżjoni tal-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ li Malta għandha tħallas lil Stewards Healthcare.
Id-deputat Nazzjonalista u rivali ta' Borg fit-tellieqa għat-tmexxija tal-partit Adrian Delia stess ikkontradixxa l-mossa ta' Alex Borg li irrifjuta ż-żieda meta tkellem ma' ġurnalisti u qal li l-paga tal-ministri u d-deputati għandha tkun "ħafna iktar".
Il-gazzetta ILLUM se tkun qed tirrapporta u taġġorna l-paġna diġitali fuq id-diskors ta' Alex Borg.