Madwar 170 delegazzjonijiet internazzjonali kienu preżenti għall-funeral tal-Papa Franġisku. L-iżjed li spikkaw waqt il-funeral kienu l-President Amerikan Donald Trump u l-President Ukren Volodymyr Zelensky.
Meta l-President Ukren wasal għall-funeral, il-folla laqgħatu b’applaws kbir.
Ħarġu ritratti li wrew li ż-żewġ presidenti intaqgħu qabel il-funeral. Kelliem għall-President Amerikan iddiskrivija bħala “diskussjoni produttiva,” filwaqt li fuq il-pjattaforma Telegram Zelenskyy qal li kienet laqgħa “storika.”
Zelenskyy qal ukoll li d-diskussjoni kienet fuq id-difiża tal-poplu Ukren, waqfin mill-isparar u fuq paċi għall-ġejjieni. Iż-żewġ presidenti ftehmu li ħa jerġgħu jintaqgħu wara l-funeral sabiex ikomplu d-diskussjoni imma l-President Amerikan mal-ewwel telaq lura għal Washington.
Il-President Myriam Spiteri Debono mar-raġel tagħha, il-Prim Ministru Robert Abela ma’ martu, u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech irrappreżentaw id-delegazzjoni Maltija waqt il-funeral tal-Papa Franġisku.
Dinjitarji preżenti oħra kienu l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Vatikan l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, l-President Arġentinjan Javier Milei, il-President Franċiż Emmanuel Macron, il-Prim Ministru tal-Italja Giorgio Meloni, l-eks President Amerikan Joe Biden mal-mara tiegħu Jill Biden.