Malta terġa takkwista r-raba' post qalb 24 pajjiż Ewropej għal startups innovattivi

Għat-tieni sena konsekuttiva, Malta ġiet rikkonoxxuta fost l-aħjar pajjiżi għal start ups innovativi

Malta reġgħet ġiet ir-raba' post fil-lista tal-aħjar pajjiżi għal start ups innovattivi, meta kkomparrata ma' pajjiżi Ewropej oħra. Mill-kriterja ta' din il-lista, Malta kisbet 100% fil-kapaċita li tattira talent u fit-trasformazzjoni diġitali. Il-Ministru għal-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri jgħid li dan hu riżultat tal-investiment f'dan is-settur b'proġetti li jgħinu start ups f'Malta.

"Il-viżjoni tagħna hija ċara, aħna rridu li Malta tkun l-aħjar destinazzjoni għal start ups u intraprendituri. Billi nibqgħu nirfinaw l-istrutturi li jissaportjaw u jattiraw kumpaniji internazzjonali, aħna qegħdin inħejju t-triq għal żvilupp ekonomiku fit-tul. Il-Malta Enterprise għandha rwol kruċjali f'dan kollu, billi taċċerta li Malta tibqa fost l-aħjar għall-innovazzjoni u l-investiment," qal Silvio Schembri.

Mill-kriterja tal-lista tal-iStartup Nations Standard, Malta kisbet 100% fit-trasformazzjoni diġitali kif ukoll filwaqt l-kapaċità li tattira talent, l-istess kwalifikazzjonijiet bħas-sena ta' qabel.

Madanakollu, Malta niżlet fil-kategorija tal-Inklużjoni Soċjali u Diversita għal 25% minn 33% u niżlet b'2% fil-qasam t'innovazzjoni tar-regolament.

"Li żammejna r-raba' post fit-2024 SNS Report jirrifletti x-xogħol kontinwu tal-Malta Enterpise sabiex toħloq ekosistema ta' startups li toffri appoġġ waqt li tkun kompetittiva," irrimarka l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise George Gregory.

Il-Malta Enterprise offriet appoġġ lil startups b'skemi finanzjarju kif ukoll investiment f'infrastruttura bħall-incubation centre fiż-żona Industrijali ta' Ħal Far.

More in Politika