Il-koppja Metsola bil-kunċert privat tagħhom fil-Manoel

Kemm il-darba rajna ġesti romantiċi estravaganti fiċ-ċinema? Mhux l-ewwel darba żgur. Għal ħafna dawn il-ġesti jseħħu biss fil-ħolm, iżda mhux għall-koppja Metsola, issa koppja magħrufa ħafna fl-ibliet Ewropej

Kemm il-darba rajna ġesti romantiċi estravaganti fiċ-ċinema? Mhux l-ewwel darba żgur. Għal ħafna dawn il-ġesti jseħħu biss fil-ħolm, iżda mhux għall-koppja Metsola, issa koppja magħrufa ħafna fl-ibliet Ewropej. Dan hekk kif Ukko u Roberta Metsola iċċelebraw l-imħabba tagħhom il-Belt Valletta proprju fit-Teatru Manoel, permezz ta’ kunċert privat.

Għal min ma jafx Ukko u Roberta iltaqgħu ukoll għaliex kien attiv politikament f’partit konservattiv Finlandiż. Bla dubju li ukko u Roberta Metsola huma koppja ta’ suċċess ubejniethom idaħħlu salarji kbar, li aktarx jammontaw għal madwar nofs miljun ewro fis-sena. Għaldaqstant ma kinitx daqshekk ta’ problema li jorganizzaw u jieħdu taħt idejhom it-Teatru Manoel għal ġurnata u jingaġġaw it-tenur rinomat Joseph Calleja, kif ukoll l-orkestra Filarmonika tat-Teatru Manoel.

Ukko, f’invit speċjali għal dawk l-aktar qrib tal-koppja, sostna illi l-mużika magħżula hija riflessjoni tal-ħajja taż-żewġ maħbubin. It-tenur, li kellu skedati żewġ kunċerti f’Munich u f’Berlin ġie Malta esklussivament għall-koppja u l-aktar qrib tagħhom.

Ingħad illi kien Calleja stess li għażel personalment il-kanzunetti ta’ mħabba. Mistiedna li tkellmu ma’ din il-gazzetta qalu li dan il-kunċert kien ta’ suċċess kbir u l-koppja Metsola kienu kuntenti ħafna. Intant, wara l-kunċert il-mistiedna imxew sal-Każin Malti fejn kien hemm riċeviment jistennihom.

More in Politika