'M'hemmx dubju li meta l-klieb jinqabdu se jħallsu l-prezz b'ħajjithom għat-trobbija ħażina li kellhom'

L-NGOs u Vuċi għall-Annimali jitolbu lill-Gvern biex 'iqum mir-raqda' u jieħu azzjoni 

Ritratt meħud minn James Bianchi
Ritratt meħud minn James Bianchi

L-attivisti Vuċi għall-Annimali sostniet li hi flimkien ma' numru ta' firmatarji oħra jinsabu imdejqin bil-fatt li weġġgħet persuna oħra u li l-attakk tal-klieb fuq sidhom jerġgħu iqajmu ħafna mistoqsijiet dwar kif jinżammu u jitrabbew dawn il-klieb. Dan qaluh b'reazzjoni għall-aħbar tal-attakk fuq Andre Galea mill-klieb tiegħu stess. Infakkru li n-nanna ta' Galea, fl-2020, inqatlet meta ġiet attakkata mill-klieb tiegħu ukoll. 

Il-klieb ta' Galea
Il-klieb ta' Galea

L-attivisti sostnew li klie miżmuma u mrobbija minn dan l-individwu diġà pew fil-midja aktar minn darba iżda taħt il-leġiżlazzjoni attwali huwa xorta permess li jżomm l-annimali fil-kura tiegħu. "M'hemmx dubku li ladarba l-klieb ikunu nqabdu, se jittraqqdu u jerġgħu jħallsu l-prezz b'ħajjithom għat-trobbija ħażina li kellhom għax għal darb'oħra l-awtoritajiet naqsu milli jipproteġuhom," żiedu l-attivisti.

L-attivisti u l-NGOs qalu li ilhom is-snin jittalbu għal-leġislazzjoni biex tikkontrolla t-tgħamir u s-sitwazzjoni ta' razzez aktar b'saħħithom. Qalu illi, li kieku l-Ministru għamel u ħadem fuq leġiżlazzjoni meta para l-każ, meta kieku "l-inċident ta' lbieraħ ma kienx iseħħ." Sostnew li hija ħsara li annimali differenti madwar Malta qed ikollhom ibatu "minħabba amministrazzjoni ineffettiva."

Fl-aħħar il-firmatarji u l-attivisti qalu li ma jistgħux jifhmu xi jrid isir biex il-Ministru Anton Refalo u l-Gvern "iqumu mir-raqba li qegħdin fiha u jibdew jaħsbu dwar l-azzjoni tant meħtieġa."

Il-firmatarji huma, Association for Abandoned Animals, Buddy's Lost and Found Page, Fostering and Homing Paws, Innocent Paws, Kitty Guardians for Strays, Our Rescues Malta Foundation, Real Animal Rights Foundation, The Island Sanctuary, Voice for The Voiceless u Vuci għall-Annimali. 

X'ġara ilbieraħ?

L-attakk seħħ ilbieraħ fis-sigħat bikrin ta' filgħodu għall-ħabta tas-1:30 p.m. u s-2:00p.m. fi Triq Antonio Sciortino fl-Imsida. Nies fil-viċinanza qalu li l-klieb attakkawh f'diversi partijiet ta' ġismu tant li spiċċa fuq saqaf ta' karozza biex jipproteġi lilu nnifsu. 

More in Politika