Linja nazzjonali tal-ajru ġdida se tkun qed tieħu post l-AirMalta sal-aħħar ta' din is-sena

L-Air Malta se tibqa' topera normali sakemm il-linja nazzjonali tal-ajru l-ġdida tibda' topera minflokha

Il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta David Curmi ikkonferma li linja nazzjonali tal-ajru ġdida se tkun qed tieħu post l-Air Malta sal-aħħar ta' din is-sena. Dan hekk kif il-Kummissjoni Ewropea irrifjutat it-talba tal-Gvern Malti li tinjetta miljun ta' fondi fil-kumpanija. 

Skont ir-rapporti tat-Times of Malta, Curmi qal li t-300 impjegat li preżentament jaħdem mal-Air Malta se jkollu ċ-ċans li japplika għal-linja tal-ajru l-ġdida. Dan filwaqt li assigura li t-tranżazzjoni se tkun waħda mingħajr xkiel u li l-Air Malta se tibqa topera sakemm il-linja l-ġdida tibda topera. 

Ix-xahar li għadda MaltaToday irraportat li l-Gvern kien qiegħed jippjana li jibni linja nazzjonali mill-ġdid, b'kundizzjonijiet tax-xogħol ġodda u li l-piloti jkollhom l-istess kundizzjonijiet u ħinijiet ta' titjiriet bħal kumpaniji oħra. 

Infakkru li l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana qal illi mingħajr injezzjoni ta' fondi mill-Kummissjoni Ewropea, l-Air Malta ma kienx se jirnexxielha issalva. Aktar kmieni, fl-2022 Caruana kien ħabbar skema ta' trasferiment volontarju biex ħaddiema tal-Air Malta jmorru jaħdmu mal-Gvern, bil-għan li jnaqqas mill-infiq tal-kumpanija. 

F'Diċembru tal-2022 MaltaToday żvelat illi l-bodti tal-linja nazzjonali tal-ajru ġew infurmat li se jkollhom jibdew itiru aktar sigħat u anke jaċċettaw 15% tnaqqis fil-paga jekk iridu jibqgħu jaħdmu mal-Air Malta. Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana kien ippreżenta kundizzjonijiet ġodda għax-xogħol lill-Airline Pilots Association, waqt laqgħa li saret nhar aktar kmieni. 

More in Politika