'Aħna dejjem sħaqna li għandu jkun hemm id-distanza bejn in-nies fil-ħajja pubblika u dawk li qegħdin fin-negozju' - ADPD

Id-Deputat Chairperson Sandra Gauci tal-ADPD qalet li l-ippubblikar riċenti ta’ chats privati bejnRosianne Cutajar u Yorgen Fenech reġa’ ġab quddiem għajnejn kulħadd u b’saħħa dik li sejħet l-qrubija li jgawdu dawn l-imprendituri ma’ uħud mill-politiċi

Waqt konferenza stampa l-Belt Valletta quddiem il-Parlament il-kelliema ta’ ADPD – The Green Party tkellmu dwar il-problemi għad-demokrazija li joħolqu xi politiċi minħabba l-imġieba tagħhom.

Id-Deputat Chairperson Sandra Gauci qalet li l-ippubblikar riċenti ta’ chats privati bejn il-Membru Parlamentari Rosianne Cutajar u l-imprenditur Yorgen Fenech li hu ukoll l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia reġa’ ġab quddiem għajnejn kulhadd u b’saħħa dik li sejħet l-qrubija li jgawdu dawn l-imprendituri ma’ uħud mill-politiċi. "Fenech mhux biss kien qrib Cutajar imma kien qrib ukoll ta’ Joseph Muscat u ta’ Keith Schembri. Kellu ukoll trattament privileġġat mingħand Johann Buttigieg fl-Awtorità tal-Ippjanar, kif ukoll trattament privileġġat mill-Malta Gaming Authority biex iġedded il-liċenzja tal-Casino tiegħu."

Gauci kompliet tisħaq illi tant hi normali din il-qrubija li l-intraprenditur Joseph Portelli waqt intervista ma ddejjaq xejn jiftaħar li jagħti donazzjonijiet lill-PN u l-PL. "Aħna ta’ ADPD – The Green Party dejjem konna skjetti u ċari fil-pożizzjoni taghna:  la qatt tlabna u fortunatament lanqas qatt ma offrielna donazzjonijiet, Portelli."

Hija semmiet ukoll lill-Ministru Silvio Schembri u qalet li hija "inkwetanti" li dan jibqa' jirrifjuta li jwieġeb jekk hux qiegħed iħallas kera għall-uffiċċji tiegħu fil-kostitwenzi tiegħu tas- Siġġiewi u Ħal Luqa. "Dawn l-uffiċini mhux proprjetà tiegħu imma ta’ żewġ żviluppaturi Anton Camilleri, u Paul Attard, it-tnejn li huma fl-Eżekuttiv tal-Malta Developers Association. Din il-ħaġa ta’ tħassib għax filwaqt li hemm ċertu arroganza min-naħa tal-Ministru Schembri li qed jevita milli jkun kontabbli  dwar dak li qed jirċievi, din it-tip ta’ mentalità li “jien għax għandi l-poter qiegħed ‘il fuq mil-liġi” qed narawha b’ mod repetut u regolari."

"Aħna ta’ ADPD dejjem sħaqna li għandu jkun hemm id-distanza bejn in-nies fil-ħajja pubblika u dawk li qegħdin fin-negozju. Jekk dan ma jsirx  jista’ jagħti lok għall-abbuż." saħqet Sandra Gauci.

Hija qalet li huwa għalhekk li l-ADPD dejjem insistiet li anke l-Membri Parlamentari għandhom ikunu full time, "mhux biss biex jaqdu aħjar dmirijiethom imma wkoll biex jinqata’ jew jitnaqqas kuntatt kontinwu mad-dinja tan-negozju. L-uniku xogħol ta’ membru parlamentari għandu jkun dak fil-Parlament. M’għandux ikun possibbli għal Membri Parlamentari li jagħmlu xogħol ieħor waqt li jkunu fil-ħatra."

Is-Segretarju Ġenerali ta’ ADPD – The Green Partry Ralph Cassar kompla billi ġab l-eżempju tal-każ tal-kuntratt ta’ konsulenza ta’ Rosianne Cutajar mal-ITS. "Dan juri biċ-ċar kemm politiċi u persuni maħtura politikament biex imexxu entitajiet pubbliċi iħokku dahar xulxin.

Huwa ta’ għajb li uffiċċjali pubbliċi mhux kapaċi jmexxu b’serjetà u aktar moħħhom biex jingħoġbu u jtajru flus pubbliċi biex jissodisfaw l-aptit għat-tħanżir ta’ xi wħud," sostna Cassar.

Huwa qal li hawn ħafna politiċi li għalihom il-politika mhix servizz imma "mezz biex jitħanżru

More in Politika