'Abela għandu jiżgura li min hu responsabbli tal-Kuntratt VGH/Steward jidher quddiem il-Qorti'

L-għaqda Repubblika tisħaq li għandha tittieħed azzjoni mill-PM u l-ADPD titlob li ssir investigazzjoni għal 'frodi/korruzzjoni lil Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Chris Cardona'

Il-President ta' Repubblika Robert Aquilina
Il-President ta' Repubblika Robert Aquilina

Il-Prim Ministru Robert Abela huwa obbligat li jiżgura illi min hu responsabbli għall-abbuż bi tliet sptarijiet tal-poplu Malti jitressaq quddiem il-Qorti u jirrispondi għal għemilu." Hekk sostniet stqarrija mill-għaqda Repubblika li saħqet illi l-flus lil Steward għandhom jitħallsu minn min kkometta ruħu li jħallas u "u dawk li kkorrompew ruħhom f’dan il-proġett maħmuġ."

Din l-istqarrija tiġi fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Qorti li tannulla l-kuntratt tal-VGH/Steward b'sentenza mill-aktar skjaċċanti fil-konfront tal-Gvern u l-eks Ministru Konrad Mizzi. 

Filwaqt li rrikonoxxiet is-sehem importanti ta' Adrian Delia qalet li dak tal-VGH mhuwiex biss skandlu ta' abbuż u korruzzjoni imma wkoll skandlu li jittratta lil li dawk li sejħet "korrotti" illi ppjanaw, "u ħadmu skemi kif jagħmlu l-flus minn fuq il-mard u t-tbatija tan-nies."
Repubblika qalet fl-istqarrija li qed tistenna li tingħalaq l-inkjesta maġisterjali li talbet dwar il-kuntratt tal-Vitals u tisħaq li mhux se taċċetta sitwazzjoni fejn il-Kummisarju tal-Pulizija jew Avukat Ġenerali li jibqgħu ma jieħux il-passi li tindika din l-inkjesta.

Wara li smajna d-deċiżjoni tal-qorti illum dwar l-isptarijiet tal-Vitals li għaddew lill-kumpanija Steward, iċ-Chairperson tal-ADPD-The Green Party Carmel Cacopardi qal li huwa ċar li f’dan il-kuntratt kien hemm il-frodi.

Intant l-ADPD – The Green Party qed jitlob inkjesta pubblika mill-aktar fis dwar il-kuntratti li ngħataw fi żmien il-Gvern tal-Prim Ministru Joseph Muscat. "L-ADPD tistieden lil Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga għal frodi/korruzzjoni lil Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Chris Cardona bla iktar dewmien," temm jgħid Cacopardo.

Ara l-ewwel reazzjoni tal-Gvern, tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-President tal-Parlament Ewropew, hawnhekk. 

More in Politika