L-MPU toħroġ direttiva kontra s-sistema ġdida biex il-Pulizija jaqsmu bejn Malta u Għawdex

Din id-direttiva tidħol fis-seħħ, nhar is-Sibt 11 ta' Frar 

Il-Malta Police Union (MPU) ħareġ direttiva għall-membri tagħha, li tidħol fis-seħħ min-nhar is-Sibt 11 ta' Frar 2023, bħala protesta kontra l-istruzzjonijiet li ngħataw il-membri tagħha. 

Dawn l-istruzzjonijiet jgħidu li, fid-dawl tas-sistema ġdida ta' 'e-ticketing' biex persuna taqsam bejn Malta u Għawdex, il-Pulizija li jaqsmu l-fliegu għandhom iħallsu għall-biljett mill-Mġarr minn buthom u jitlobu għal rimbors aktar tard. Din ġiet deskritta bħala miżura temporanja sakemm ikun hemm arranġament ieħor.  

Minkejja dan, l-unjin titlob lill-membri biex ma jħallsux għall-biljett huma, sakemm ma jkunux joqgħodu Malta jew Għawdex u jkollhom jaqsmu biex imorru x-xogħol jew id-dar.

"L-MPU tħoss li dan huwa piż żejjed għall-membri tagħna u li hija xi ħaġa li setgħet ġiet ikkonsidrata qabel ma' saret il-bidla fis-sistema."

Intant temmet tgħid li kuntrarju ta' dak li qiegħed jingħad fl-istruzzjonijiet, l-Unjin mhux qed tara din it-talba bħala waħda temporanja iżda minflok se titfa' piż żejjed fuq l-uffiċjali, għaliex id-Dipartiment minflok iħallas il-biljett direttaemnt hu, irid ikun l-uffiċjal li jħallas u jitlob għall-flus lura. 

More in Politika