Aġġornata | 20 sena ħabs fuq akkuża ta' stupru kontra raġel li uża l-okkult biex jitterrorizza familja

L-aktar parti xokkanti tax-xhieda f'dan il-każ kienet dik li titratta l-istupru u kif l-akkużat kien uża xkupa biex jippenetra kemm lill-omm u anke ħabib tal-familja, dejjem f'isem l-ispirti. 

Raġel uża l-okkult biex jitterrorizza familja
Raġel uża l-okkult biex jitterrorizza familja

L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera sabet raġel akkużat illi immanipula familja vulnerabbli u li ġiegħlom iwettwu atti sesswali xokkanti ħati. Hija qrat sentenza li se tara lil dan ir-raġel jispiċċa l-Ħabs għal 20 sena fuq akkużi ta' stupru. 

L-aħħar ħames jiem instemgħu diversi xhieda f'dan il-każ stramb u xokkanti, bix-xhieda jgħidu li kienu jisimgħu leħen mxajtan li kien jgħidilhom iwettqu atti sesswali fuq xulxin. Dan baqa' għaddej bejn l-2018 u l-2019. 

Il-vuċi kienet thedded ukoll lill-membri tal-familja - l-għarusa tal-akkużat u ommha l-aktar - filwaqt li l-istess akkużat kien jitfi d-dwal u jsawwat lill-vittmi, għat-taparsi f'isem l-ispirti. 

Tant kienet gravi s-sitwazzjoni li l-omm - li kienet ukoll temmen fl-okkult - kienet ippruvat tneħħi ħajjitha b'idejha. 

L-akkużat kien introdott mal-familja permezz tal-għarusa tiegħu, li kien għad kellha biss 14-il sena meta seħħew ir-reati. Huwa daħal mal-familja xahar wara u kien uża diversi tattiċi biex jikkonvinċi lill-familja li l-omm kienet fetħet il-biben għax-xjaten fid-dar permezz tal-okkult. 

Fost ix-xhieda kien hemm il-Kapuċċin Dun John Vella li qal illi meta nar biex jagħmel eżorċiżmu ma ħass ebda preżenza mxjatna fid-dar. 

Minkejja kollox, l-aktar parti xokkanti tax-xhieda kienet dik li titratta l-istupru u kif l-akkużat kien uża xkupa biex jippenetra kemm lill-omm u anke ħabib tal-familja, dejjem f'isem l-ispirti. 

AKTAR KMIENI: Illum kompla jinstema' l-każ ta' raġel li qed ikun akkużat illi abbuża mill-vulnerabbilità ta' familja, li ġiegħlhom iwettqu atti sesswali umiljanti, anke jekk Id-Difiża qed tisħaq li ma kellux mottiv għal dan. Fil-fatt l-Avukat Difensur Mario Mifsud qal illi kien il-missier li fil-fatt kellu mottiv biex iwettaq dawn l-atti.

L-avukat qal illi l-familja ma kinitx tħobb lill-omm li sostna illi kienet weġġgħet lill-familja, kienet tagħmel is-sess ma' rġiel li ma kinux jafu min huma u qal illi l-omm kienet tabbanduna lil uliedha wkoll. Għalhekk huwa sostna li l-familja kollha kellha mottiv li jpattuhielha permezz tal-okkult, li kien xi ħaġa li kienet tħobb.

Mifsud innota wkoll in-nuqqas ta' xhieda xjentifika u medika li tista' ssostni l-akkużi li qed tagħmel il-familja.  

"Ma nafx jekk l-akkużat iddaħħalx f'dan il-każ... Alla, ix-Xitan, l-omm u l-missier biss jafu l-verità. Imma x-xjenza tgħidilna li l-ixkupa ma kinitx "introdotta" ma' ġisem l-omm, allura hemm id-dubju li jiffavorixxi lill-akkużat."

Huwa qal li l-pulizija ma użatx l-inkjesta biżżejjed biex l-evidenza tkun ippriservata u allura tingħata stampa ħafna iktar ċara ta' dak li seħħ. Kompla jgħid li fin-nuqqas ta' inkjesta huwa f'idejn il-Qorti li teżamina l-evidenza, "inkluż dik li ma kinitx esebita."

"Kulħadd jaqbel li r-raġel tal-omm f'dan il-każ għadda minn martirju... Huwa għadda minn tbatija fuq tbatija minn mara li hija Assistent Prinċipal fis-Servizz Pubbliku... kariga li teħtieġ livell ta' edukazzjoni. Taf x'inhi tagħmel. Żewġha, dan il-povru raġel, qalbitielu diversi drabi," qal l-avukat. 

Huwa qal illi n-nuqqas tal-Prosekuzzjoni li ġġib lil dan ir-raġel quddiem il-Qorti kien nuqqas serju. "Huwa kellu kull mottiv li jweġġa' lill-mara wara illi kien imwaqqa' għar-redikolu fir-raħal fejn kienu jgħixu." 

Imbagħad qal ukoll li l-Pulizija ma setgħux isibu lil dan il-ħabib tal-familja li ssemma' diversi drabi u li ntqal illi wkoll kien vittma ta' dan l-allegat stupru mill-akkużat, permezz ta' xkupa. Qal ukoll illi l-maħbub tal-omm kien ħbieb ma' dan il-ħabib tal-familja u kien jagħtih il-flus. 

Huwa staqsa wkoll għaliex ma sarux kampjuni tad-DNA minn fuq il-mejda illi fuqha l-omm qed tallega li ġiet stuprata, u għaliex lanqas ittieħdu kampjuni tad-DNA minn fuq il-lożor. 

"Illum jekk ikun hemm imqar suspett ta' vjolenza domestika, il-vittma immedjatament tittieħed għall-eżaminazzjoni medika. Imma t-tifla l-kbira ma kinitx eżaminata u l-omm - li suppost kienet imbenġla minn rasha sa saqajha, ma kellha ebda ġrieħi ċċertifikati u l-ebda espert ġinekoloġiku ma kien appuntat." 

Huwa qal li dan l-istupru li sejjaħlu "invenzjoni totali" suppost seħħ  għal tul ta' 25 minuta bi xkupa. "Allura l-mara ma sofrietx grif? Għax intuża l-ingwent, jiġifieri l-ixkupa saret xkupa," innota l-Avukat. 

More in Politika