'L-abort niddiskutuh b'trasparenza meta jkun il-waqt... Jekk ikun hemm il-waqt'

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne jenfasizza li l-emendi li se jitressqu nhar it-Tnejn m'għandhomx x'jaqsmu mal-abort

Il-Ministru għas-Saħħa u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal lill-ILLUM li, “id-dibattitu li hemm if-soċjetà fuq l-abort u partijiet tal-kodiċi kriminali jiġu diskussi, b'trasparenza, meta jkun hemm il-waqt... Jekk ikun hemm il-waqt.” Dan qalu lill-ILLUM waqt konferenza tal-aħbarjiet li fiha ħabbar li nhar it-Tnejn l-emendi biex it-tobba jsalvaw il-ħajjiet tal-omm mingħajr riperkussjonijiet legali titressaq fil-Parlament għall-ewwel qari. 

Dan is-sit, fil-mistoqsija tiegħu għall-Ministru għas-Saħħa, tagħmel referenza għall-kumment tal-Prim Ministru Robert Abela f'intervista ma' The Sunday Times li jirrikonoxxi li Malta jkollha aktar minn 350 abort f'sena. 

Għal dan Fearne saħaq li "illum mhux qed nitkellmu fuq dik il-parti tal-kodiċi kriminali." Fil-fatt reġa' fakkar li dawn l-emendi mhumiex se jaffettwaw il-liġijiet eżistenti li jipprojbixxu l-abort. 

More in Politika