Mara, tifla ta' erba' snin u tarbija ta' sena l-isptar wara inċident tat-traffiku f'Ħal Qormi

Il-każ seħħ  fi Vjal De La Cruz, Ħal Qormi

Mara, tifla ta' erba' snin u tarbija ta' sena ddaħħlu Mater Dei wara inċident tat- traffiku fiVjal De La Cruz, Ħal Qormi.

Il-każ seħħ ilbieraħ għal xi tmienja u nofs ta’ filgħaxija.

Skont l-Pulizija, il-mara ta’ 24 sena residenti l-Birgu, kienet qed issuq Toyota Vitz, tilfet il-kontroll, ħabtet ma’ Renault Megane li kienet ipparkjata u nqalbet.

Fit-Toyota kien it-tifla ta’ erba’ snin u tifel ta’ sena.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-persuni involuti l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. A

ktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li ż- żewġt itfal ġew iċċertifikati li weġġgħu ħafif.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Politika