Baġit 2023 | Ċekk lil 80,000 persuna vulnerabbli bħala parti minn mekkaniżmu tal-għoli tal-ħajja

Għajnuna li 80,000 persuna vulnerabbli u li jaqilgħu inqas mill-paga medja

Anzjani single huma l-agħar li qed ilaqqtuha u l-aktar li jsibu diffikultà jlaħħqu mal-ħajja
Anzjani single huma l-agħar li qed ilaqqtuha u l-aktar li jsibu diffikultà jlaħħqu mal-ħajja

Il-Ministru tal-Finanzi llejla ta aktar dettalji dwar mekkaniżmu speċjali lil jgħin familji fil-bżonn minħabba inflazzjoni qawwija, lilhinn mill-mekkaniżmu tal-COLA. 

Din l-għotja li din is-sena se tingħata permezz ta' ċekk ta' għajnuna lil 80,000 persuna u allura 37,000 familja se tkun lil dawk il-persuni vulnerabbli li qegħdin fuq il-benefiċċji soċjali kif ukoll lil dawk li jaqilgħu inqas minn €17,796 - li hija l-paga medjana (Median Equavilised Income) għal din is-sena. 

Dan il-mekkaniżmu li kien imniedi għall-ewwel darba llum jiskatta meta l-inflazzjoni fis-sena ta' qabel tkun qabżet it-2% u meta l-inflazzjoni fi tliet komponenti minn ħamsa li jikkalkulaw l-għoli tal-ħajja u li huma: Ikel, akkomodazzjoni, dawl/ilma/gass/fjuwil, manutenzjoni tad-dar u l-kurav tas-saħħa privata - ikunu ogħla mill-medja tal-ħames snin preċedenti. 

Din l-għajnuna se tingħata qabel il-Milied li ġej. 

 

More in Politika