Baġit 2023 | Se terġa' tirċievi ċ-ċekk ... din id-darba se jkun bejn €60 u €140

Minn din il-miżura ser jibbenefikaw ’il fuq minn 250,000 persuna b’nefqa totali ta’ €26 miljun

Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbar li ċ-ċekk tar-Rifużjoni tat-Taxxa se jkun qed jerġa' jingħata matul is-sena 2023.

Din id-darba, iċ-ċekk issa se jkun bejn €60 u €140 bl-ogħla rifużjoni tibqa’ tingħata lil dawk bl-aktar dħul baxx.

Minn din il-miżura ser jibbenefikaw ’il fuq minn 250,000 persuna b’nefqa totali ta’ €26 miljun.

More in Politika