Baġit 2023 | Qed tieħu ħsieb lil xi ħadd b'diżabilità? L-għotja tal-Carers se tiżdied b'€4,000 fis-sena

L-Għotja lil Carers kien ħabbarha dan il-Gvern żewġ baġits ilu u l-ewwel għotja kienet ta' €300, imbagħad żieda għal €500 u issa ser issir €4,500

€4,500 f'Għotja tal-Carers
€4,500 f'Għotja tal-Carers

Jekk inti tieħu ħsieb persuna b'diżabilità severa u minħabba f'hekk inti ma taħdimx,  dan il-baġit se jagħmillek differenza kbira hekk kif il-Gvern qed iżid l-Għotja tal-Carers b'mod qawwi ħafna. Fil-fatt minn €500, l-Għotja tal-Carers issa se tkun qed tiżdied għal €4,500 li huwa nofs il-paga minima. 

L-Għotja tal-Carers kienet fil-fatt miżura li ħabbar dan il-Gvern stess, fil-baġit ta' sentejn ilu kien ħabbar illi din l-għotja se tkun ta' €300 fis-sena li mbagħad il-Gvern żieda għal €500 fil-baġit ta' qabel dan.

Il-Gvern qiegħed ukoll iħabbar li se jdaħħal tibdil biex persuni li ilhom jikkoabitaw għal aktar minn 10 snin ukoll ikunu jistgħu igawdu minn din il-miżura. 

Intant il-Gvern se jkun qiegħed ukoll jibda jaħi kreditu ta' taxxa ta' €200 lil ġenituri li qed jieħdu lil uliedhom għat-terapija. 

More in Politika