Baġit 2023 | Għotja ta' €10,000 lill-First Time Buyers apparti l-estensjoni tal-iskema eżistenti

Il-Gvern jerġa' jestendi l-iskema tal-First u Second Time Buyers u anke dik relatata ma' proprjetajiet f'Urban Conservaton Area (UCA)

Skemi estiżi u għotja ġdid għal First Time Buyers
Skemi estiżi u għotja ġdid għal First Time Buyers

Mibni fuq is-suċċess li kisbet l-iskema tal-First Time Buyers u allura dik li permezz tagħha l-Gvern kien iddeċieda li jaqta' t-taxxa tal-boll għal kull persuna jew koppja li tixtri l-ewwel proprjetà tagħha, l-Gvern illejla ħabbar li din l-iskema se tkun estiża mill-ġdid. Il-Gvern se jkun qed jestendi din il-miżura wkoll għas-Second Time Buyers u anke miżura mħabbra fl-aħħar baġit u li titratta lil proprjetajiet Urban Conservation Area (UCA) f'Malta u anke Għawdex. Fl-aħħar baġit il-Gvern kien ħabbar li first time buyers li jixtru proprjetajiet f'Għawdex se jirċievu għotja ta' €30,000. Il-Gvern kien ħabbar ukoll għotja ta' €15,000 għal dawk li jixtru proprjetà UCA f'Malta.  Dawn it-tnejn se jkunu estiżi. 

Intant u aktar minn hekk il-Gvern illum ħabbar - hekk kif wiegħed fil-programm elettorali l-Partit Laburista - se jkun qiegħed jagħti għotja ta' €10,000 lil dawk il-persuni li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom. liema flus imorru għall-ħlas tas-self. 

Dawk eliġibbli jridu jkunu xtraw proprjetà li ma taqbużx il-valur ta' €500,000 u din il-miżura se tapplika għl kull akkwist ta' proprjetà minn dawk eliġibbli mill-1 ta' Jannar lil hawn. 

Intant il-Ministru tal-Finanzi llejla ħabbar ukoll l-estensjoni tad-Deposit Payment Scheme - li permezz tagħha jiġi mgħejjuna persuni li ma jkunux jistgħu jħallsu l-10% depożitu biex jixtru proprjetà. Din l-iskema issa qed tapplika għal dawk li jixtru proprjetà b'valur massimu ta' €225,000, minflok il-€175,000 kif inhi sal-lum. 

More in Politika