L-Awtorità tal-Ippjanar ma taċċettax pjanti għal proġett residenzjali fin-Nadur u titlob li jkunu riveduti

Il-Kummissjoni tal-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar bagħtet lura għal reviżjoni l-proġett residenzjali li jinkludi 61 post ta' parkeġġ u kostruzzjoni ta' 40 appartament u 11-il penthouse fi Triq il-Qortin fin-Nadur

Viżwal tal-proġett fin-Nadur
Viżwal tal-proġett fin-Nadur

Il-Kummissjoni tal-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar bagħtet lura għal reviżjoni l-proġett residenzjali li jinkludi 61 post ta' parkeġġ u kostruzzjoni ta' 40 appartament u 11-il penthouse fi Triq il-Qortin fin-Nadur.

Filwaqt li nnotat li wara diversi rappreżentazzjonijiet il-proposta oriġinali tnaqqset fid-daqs, l-Awtorità irrimarkat li l-proporzjonijiet u d-disinn tal-proġett kienu għadhom ma kinux kongruwenti mal-madwar.

Fis-seduta l-Kummissjoni tal-Ippjanar esprimiet l-opinjoni tagħha li biex il-proġett jiġi kkunsidrat jeħtieġ li jitnaqqas l-għoli tal-proġett propost biex il-binja tibqa’ f’armonija mal-madwar. Minkejja li l-perit ippreżenta pjanti riveduti wara l-ewwel seduta quddiem il-bord, l-Awtorità talbet aktar tnaqqis fil-massa ġenerali u tintroduċi aktar terracing. Il-Kummissjoni sejħet ukoll lill-perit biex inaqqas il-ġnubijiet tal-binja biex il-binja proposta tkun konformi mal-għelieqi mtarrġa filwaqt li tirrispetta t-topografija taż-żona.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni staqsiet lil case office sabiex jivverifika l-korrettezza tal-fotomuntaġġi sottomessi. Il-proġett propost tan-Nadur jinsab fiż-żona tal-iżvilupp mill-1998 skont il-pjan regulatur u l-bini hu propost li jiġi rtirat ‘l ġewwa bi 3m mill-konfini ta’ ODZ mal-ġenb is-sit. żId-deċiżjoni dwar din l-applikazzjoni hija skedata għat-3 ta’ Diċembru 2022. 

More in Politika