Filmat | 'Il-Familja Rjali tqis lil Malta bħala tal-familja' - Il-Prinċep Edward lill-President Vella

Il-President George Vella qed jirrappreżenta l-Istat Malti fil-Funeral Stati tar-Reġina Eliżabetta II

Il-President ta’ Malta, George Vella qal li l-Prinċep Edward qallu li l-Familja Rjali Ingliża, meta titkellem dwar Malta, tqisha bħala "tal-familja."

Vella qal dan ma' TVMnews hekk kif bħalissa jinsab fir-Renju Unit biex  jirrappreżenta l-Istat Malti fil-Funeral Stati tar-Reġina Eliżabetta II.

Il-President tkellem dwar dak li qallu l-Prinċep Edward, l-iżgħar fost l-erbat itfal tar-Reġina Eliżabetta II. 

Qal ukoll li r-Re Karlu II jaf sew lil Malta u nduna b'dan kull meta tkellem miegħu. Spjega kif ir-Re jaf bix-xogħol li qed isir f'Villa Guardamangia  u jqis dan bħala sinjal ta’ rispett lejn il-memorja tar-Reġina.

F'din id-dar, ir-Reġina Eliżabetta, dak iż-żmien Prinċipessa, għexet għal sentejn.

Ilbieraħ, il-President Vella akkumpanjat mis-Sinjura Vella sellmu l-memorja tar-Reġina Eliżabetta II f’Westminster Hall.

Huwa qal li f’din is-sala baqa’ impressjonat bid-devozzjoni tal-pubbliku.

Aqra wkoll:

Live | Ir-Renju Unit jieqaf biex isellem għall-aħħar darba lir-Reġina Eliżabetta f'funeral li qatt ma ra bħalu

Malta tingħata prijorità fil-purċissjoni tal-funeral statali tar-Reġina Eliżabetta II

More in Politika