Anzjan jammetti li ta fastidju sesswali lil studenta tal-Ingliż li kien qed iżomm fir-residenza tiegħu

It-tfajla għandha 20 sena u l-fastidju sesswali seħħ meta hi kienet rieqda

Anzjan ammetta li wettaq fastidju sesswali fuq studenta tal-Ingliż li kien qed iżomm fir-residenza tiegħu.

Huwa tressaq il-Qorti akkużat li mess, mingħajr kunsens, lill-istudenta li għandha 20 sena waqt li kienet rieqda.

Jidher li l-anzjan kien juża l-appartment li għandu f'San Pawl il-Baħar biex iżomm lill-istudenti li jiġu Malta jistudjaw l-Ingliż.

L-anzjan minnufih ammetta l-akkużi anke jekk il-Qorti wissietu li dawn l-akkużi jistgħu jiswewh seba' snin ħabs.

Meta ġiet għas-sentenza, il-Maġistrat Charmaine Galea, ħadet inkonsiderazzjoni l-fatt li r-raġel ammetta minnufih u anke l-fatt li hu wera li ddispjaċih tant li insista li dan kien inċident li seħħ darba biss.

Ħadet ukoll inkonsiderazzjoni l-età tal-akkużat u l-fatt li fil-kondotta tiegħu kien hemm imniżżla biss xi reati minuri li seħħew snin ilu.

Għalhekk, minflok ħabs, il-Maġistrat poġġiet lill-anzjan fuq probation ta' tliet snin. Ordnat ukoll li jingħata l-kura u wissietu biex ma jersaqx lejn il-vittma.

More in Politika