Il-PN jinsisti li l-Ministru involut fil-każ ta' TM għandu jiġi identifikat u jirriżenja minnu fih

Il-Ministru li għalih qed jirreferi l-Partit Nazzjonalista, u li s'issa għadu ma ġiex imsemmi b'ismu, ġie implikat f'każ ta’ korruzzjoni fejn jidħlu testijiet tat-teorija tas-sewqan

Il-Kelliem Nazzjonalista għat-Trasport, Mobilita’ u l-Proġetti Kapitali Adrian Delia qal li l-Prim Ministru għandu minnufih jikkonferma min hu l-Ministru konċernat fil-każ ta’ allegat korruzzjoni fit-testijiet tal-liċenzja tas-sewqan u jara li dan l-individwu jirriżenja.

Delia spjega li dan għandu jsir "fl-aqwa interess tat-trasparenza" u sakemm ma jkun hemm ebda dubju dwar l-istess Ministru, il-Ministru li għalih qed issir referenza għandu jerfa’ r-responsabbliltá politika u jirreżenja minnufih sakemm jitnaddaf ismu.

Il-Ministru li għalih qed jirreferi, u li s'issa għadu ma ġiex imsemmi b'ismu, ġie implikat f'każ ta’ korruzzjoni fejn jidħlu testijiet tat-teorija tas-sewqan li jinvolvi fih tliet uffiċjali ta’ Transport Malta. Dawn qed jiġu akkużati li għenu lis-sewwieqa li qed jitgħallmu t-test jgħaddu mill-eżami.

 

 

More in Politika