'Onorat imma ma naċċettax' - Delia jgħid li mhux se jaċċetta li jkun parti mit-tim legali tal-Premiere League

Adrian Delia sostna illi hu se jibqa' jgħin lill-klabbs b'mod individwali fejn ikun hemm bżonn...

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li ma kienx mitlub biex ikun parti mit-tim legali tal-Premiere League Malti - issa taħt id-direzzjoni tal-eks Mexxej Laburista Joseph Muscat u f'kummenti lil The Times qal ukoll li jekk ikun mitlub huwa ma jaċċettax din il-kariga. 

"Jekk vera nnominaw lili, onorat. Imma mhux se naċċetta," qal Delia wara li Manuel Delia kiteb blog li fih qal illi l-Malta Premiere League għażel lill-eks Kap tal-PN biex ikun parti mit-tim legali tal-League. 

Adrian Delia - wara li kkritika lill-blogger u ġurnalist - sostna illi hu se jibqa' jgħin lill-klabbs b'mod individwali fejn ikun hemm bżonn, "irrispettivament minn liema league jkun qed jilgħab fih." 

More in Politika