Il-PN se jibda proċess ta' konsultazzjoni fuq l-użu tal-e scooters 'għax il-Gvern abdika minn dan l-irwol'

Il-PN qal li għandu jkun hemm konsegwenzi ċari u effettivi kontra min jabbuża mis-sistema tal-e scooters

L-e scooters fuq l-aġenda politika
L-e scooters fuq l-aġenda politika

Il-Partit Nazzjonalista ħabbar li se jkun qed iniedi proċess ta' konsultazzjoni biex jitħejjew proposti fuq l-użu tal-e scooters ladarba sostna illi l-Gvern abdika minn dan l-irwol. 

Fi stqarrija qal iżda wkoll li l-Gvern għandu "minnufih" jibda kampanja edukattiva li tiżgura l-għarfien u r-rispett fl-użu tal-e scooters u dan hekk kif qed jiżdiedu l-ilmenti ta' sewwieqa u anke residenti li dawn qed jitħallew ipparkjati f'nofs bankini jew inkella quddiem garaxxijiet. Il-PN tenna li filwaqt li dawn il-mezzi ta' trasport għandhom ikunu affordabbli. għandhom ukoll ikunu, "regolati b’mod li s-sigurtà tkun garantita għal minn jużahom u anke għall-bqija tal-poplu, filwaqt li ma jinħoloq l-ebda inkonvenjent, b’mod partikolari għall-persuni b’diżabbiltà, li għandhom id-dritt jipparteċipaw b’mod sħiħ u attiv fis-soċjetà."

Il-PN, fi stqarrija iffirmata minn numru ta' Kelliema, qal illi għandu jkun hemm "konsegwenzi ċari u effettivi" għal min jikser il-liġi, min jabbuża jew jikkawża periklu, 

Temm itenni li għandu jkun hemm konsegwenzi ċari u effettivi għal min jikser il-Liġi, jabbuża is-sistema u jikkawża periklu jew inkonvenjent lil terzi. Hu għalhekk li se jniedi proċess ta’ konsultazzjoni biex jitħejjew proposti f’dan is-sens, ladarba l-Gvern abdika għal darba oħra mir-responsabbiltà tiegħu.

More in Politika