Mallia tneħħa minn Kap ta' Kulleġġ wara 16-il sena għax baqa' jimbotta programmi favur l-inklussività

Id-deċiżjoni ttieħdet mill-Ordni Dumnikana li tmexxi l-Kulleġġ San Bert, fil-Belt Valletta...

Mario Mallia, eks Kap tal-Kulleġġ San Bert
Mario Mallia, eks Kap tal-Kulleġġ San Bert

ll-Kap tal-iskola tal-Kulleġġ San Bert Mario Mallia kien imkeċċi wara illi ddefenda u insista li jibqa' għaddej b'żewġ programmi li jippromovu l-inklussività. Il-Kulleġġ huwa mmexxi mil-Patrijiet Dumnikani u jinsab fil-Belt Valletta. 

Mallia, li kien ilu Kap ta' din l-iskola għal 16-il sena, qal illi huwa kien imkeċċi għax baqa' jimbotta miżuri għal skola aktar inkussiva, ikun xi jkun it-twemmin u l-ġeneru tal-istudenti. F'kummenti li ta huwa qal li hu għalhekk tneħħa minn Kap tal-Iskola, għaliex ma obdiex l-ordnijiet tal-Ordni Dumnikana. 

F'kummenti li ta huwa qal li din it-tkeċċija tiġi wara ittra li rċieva ftit ġimgħat ilu u li kienet titkellem dwar l-introduzzjoni ta' programm li kellu l-ħsieb li jinkoraġġixxi tfal ta' reliġjonijiet differenti biex jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom fuq ċerti kwistjonijiet u kontroversji importanti. Il-programm jismu MEET u kien iddiżinjat għall-edukaturi fl-iskola. 

Huwa qal li r-Rettur fil-Kulleġġ kien waqqaf dan il-programm ftit wara li kien introdott, għalkemm iċċara wkoll li hu ma kienx talab permess għall-bidu ta' dan is-suġġett u lanqas ħaseb li kellu għalfejn jitlob permess bħala Kap tal-iskola ladarba s-suġġett  in kwistjoni huwa dwar inklussività. Jidher illi l-azzjoni mid-Dumnikani ttieħdet wara ilment anonimu li kien sar. 

Mallia qal li inizzjattiva oħra li kien beda hu, jiġifieri kooperattiva mmexxija mill-għalliema sabiex jgħinu tfal b'diżabilità jsibu impjieg, ukoll kienet ikkanċellata. F'kummenti li ta lil The Times Mallia qal li kienu ilhom sentejn jaħdmu fuq dan il-programm, imma għax ma kienx avża lill-Ordni kien ordnat jwaqqaaf il-ħidma fuq dan il-programm partikolari wkoll. 

Peppi Azzopardi kien fost dawk li rreaġixxew għal din l-aħbar. Azzopardi esprima xokk u wera' t-tama li din id-deċiżjoni titreġġa' lura. Id-Dekan fl-Università ta' Malta Andrew Azzopardi wkoll esprima tħassib u xokk għal din id-deċiżjoni. 

More in Politika