Leave għall-missirijiet u leave għal dawk li jieħdu ħsieb lill-ġenituri tagħhom fost miżuri mħabbra llum

Id-Deputat Andy Ellul iħabbar li l-missirijiet se jibdew jirċievu għaxart ijiem leave imħallas mat-twelid ta' kull wild..

Dalgħodu l-Gvern permezz tad-Deputat Andy Ellul ħabbar illi l-missirijiet se jibdew jirċievu għaxart ijiem leave imħallas mat-twelid ta' kull wild u li l-leave tal-ġenituri se jibda jinqasam f'xahrejn leave imħallas u xaharejn mhux imħallas. Ellul ħabbar ukoll li se jkun introdott leave għall-Carers, għal dawk li jieħdu ħsieb lill-ġenituri jew qraba tagħhom filwaqt li mil-lum 'il quddiem il-ġenituri se jibda jkollhom id-dritt li jitolbu sigħat aktar flessibbli għall-ewwel tmien snin ta' ħajjet uliedhom. 

Il-leave tal-ġenituri li se jkun mingħajr ħlas jista' jkun trasferibbli minn ġenitur għall-ieħor, filwaqt li Ellul ħabbar ukoll illi l-leave tal-ġenituri mħallas se jkun jista' jittieħed gradwalment fuq perjodu ta' tmien snin. Fl-ewwel erba' snin il-ġenituri jkunu jridu jieħdu 50%  - jew erba' ġimgħat ta' dan il-leave - filwaqt li bejn ir-raba' u s-sitt sena jkunu jridu jieħdu ġimagħtejn oħra. L-aħħar ġimagħtejn jistgħu jittieħdu bejn is-sitt u t-tmien sena mit-twelid tal-ulied. 

"Ladarba nintroduċu din il-liġi din se tkun riflessa fil-kuntratti tax-xogħol u l-ftehim kollettiv li jsir," qal Ellul li ħabbar illi dawn il-bidliet se jidħlu fis-seħħ fit-2 ta' Awwissu li ġej bil-Gvern jiffinanzja l-miżuri kollha sal-2023. Mill-1 ta' Jannar 2024 imbagħad, is-settur privat ikollu jibda jġorr parti minn dan il-piż. 

Intant Id-Deputat Ellul ħabbar ukoll Leave għal-Carers li se jkun eliġibbli għal dawk li għandhom ġen9iur jew membru tal-familja ma jiflax u jkolu bżonn min idur bih. Se jkunu eliġibbli wkoll għal dawk li qed jieħdu ħsieb membru tal-familja li jgżix magħhom. Dan il-leave huwa ta' ġamest ijiem u mhuwiex imħallas. 

More in Politika