Jidher illi ċ-Ċaqnu kien akkużat illi kkorrompa uffiċjal ta' kumpanija bbażata l-Freeport

Il-Kumpanija qed tiċħad u qalet illi qed isiru l-verifiki neċessarji mal-awtoritajiet...

Charles Polidano, magħruf bħala ċ-Ċaqnu kien irrilaxxat fuq ħelsien mill-arrest, wara li kien interrogat fuq akkużi ta' ħasil ta' flus u korruzzjoni. Rapporti qed jindikaw  illi ċ-Ċaqnu huwa suspettat illi kkorrompa uffiċjal ta' kumpanija bbażata fil-Freeport permezz ta' bejgħ ta' proprjetà. 

Ilbieraħ ibnu Gordon kien arrestat ukoll, bil-kumpanija taċ-Ċaqnu tiċħad l-akkużi kontra Polidano, fil-fatt f'kumment ma' The Times Polidano Brothers qalet illi flimkien mal-awtoritajiet qed tivverifika l-pagamenti li saru lill-kumpanija fi tranżazzjoni fl-2014 li kienet tinvolvi konvenju. Qalet illi tinsab kunfidenti li l-awtoritajiet se jkunu sodisfatti bil-verifikazzjonijiet li saru. 

More in Politika