'Din il-qagħda mhijiex iżjed tad-daħq! Qed tfalli lil Malta... u issa xbajna' - Occupy Justice

L-attivisti ta' Occupy Justice iħallu bagalji, nota u ittra lill-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg quddiem l-uffiċċju tagħha

Ilbieraħ filgħaxija, attivisti ta' Occupy Justice ħallew numru ta' bagalji bil-messaġġ "Ippakkja u Itlaq!" quddiem l-uffiċju tal-Avukat Ġenerali, Victoria Buttigieg.

Mal-bagalji, l-attivisti ħallew ukoll ittra għal Buttigieg jitolbuha tirriżenja mill-aktar fis possibbli. Occupy Justice tinsisti fl-ittra wkoll li Malta għandu bżonn "nies kompetenti, indipendenti u kurraġjużi" li jagħmlu xogħlhom bla biża' jew favuri.

L-għaqda għarfet li f'Malta qed ngħixu f'qagħda partikolari, li huma ddeskrivew bħala "diżastruża," u li jrid isir numru ta' affarijiet sabiex titranġa din l-istess sitwazzjoni. Fl-istess ħin l-ittra tgħid li f'okkażjonijiet l-Avukat Ġenerali uriet li mhux kapaċi jew li ma tridx tagħmel dak li hemm bżonn u għalhekk Buttigieg, skont huma, ma jistħoqqilhiex il-pożizzjoni.

 "Din il-qagħda m’hijiex iżjed tad-daħq! Inti qegħda tfalli lil Malta f’punt kruċjali fl-istorja tal-pajjiż u aħna issa xbajna. Biżżejjed! Ippakkja u Itlaq," temmew jgħidu fl-ittra l-Occupy Justice.

More in Politika