Riżenja oħra miċ-ċirku ta' Bernard Grech... jitlaq l-assistent tal-Kap tal-PN Jeremy Gingell

Din ir-riżenja ssegwi dawk ta' Christian Peregin u Ray Bezzina li kienu l-id il-leminija u x-xellugija ta' Bernard Grech... magħżulin minnu

Jeremy Gingell, wieħed mill-iktar persuni viċin tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, irriżenja mill-irwol tiegħu fil-partit

Gingell kien l-assitent ta' Grech matul l-elezzjoni ġenerali. Hu ħa dan l-irwol fl-2020 meta Grech kien laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista. 

Jeremy Gingell (lemin) jakkumpanja lil Bernard Grech fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti
Jeremy Gingell (lemin) jakkumpanja lil Bernard Grech fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti

Intant, din ir-riżenja ssegwi żewġ riżenji oħra li seħħew ġurnata wara l-elezzjoni stess, dik ta' Christian Peregin u dik ta' Ryan Bezzina li kienu prattikament l-id il-leminija u x-xellugija ta' Bernard Grech. 

More in Politika