Il-ħajja tkompli togħla... Ċifri tal-NSO jikkonfermaw li f'Mejju l-prezzijiet laħqu l-ogħla livelli f'sentejn

F'Mejju l-inflazzjoni tilħaq il-5.8%, bil-prezzijiet tal-ikel, speċjalment tal-laħam, ikunu l-akbar fatturi għal din iż-żieda

Il-prezzijiet qed ikomplu telgħin u telgħin u l-aktar li telgħin huma l-prezzijiet tal-ikel. U dan reġa' kkonfermah l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika llum, li juri kif f'Mejju li għadda l-inflazzjoni reġgħet telgħet għal 5.8% minn 5.4% f'April biex Mejju ġiet innutata l-ogħla inflazzjoni li qatt kien hawn mill-bidu tal-2020. 

Iż-żidiet huma nnutati l-aktar fil-prezzijiet tal-ikel b'rata annwali ta' 10.4%. Dawn iż-żidiet fil-fatt mistennijin ikomplu hekk kif fil-ġranet li ġejjin tħabbar llli se jerġgħu jogħlew il-prezzijiet tal-ġobon, yogurts u prodotti oħrajn li ġejjin mill-ħalib. Iż-żidiet huma frott diversi fatturi mhux l-inqas il-fatt li l-UE timporta ħafna mill-qamħ u ċ-ċereali, kif ukoll żejt tat-tisjir mill-Ukrajna, kunsinni ta' dawn il-prodotti maqbudin fl-Ukrajna minħabba l-gwerra u prezzijiet ogħla ta' trasportazzjoni. Iż-żieda fil-prezz ta' ġwież wassal biex qed jogħla wkoll - u f'xi każi b'mod goff - il-prezz tal-laħam. 

Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll illi l-inflazzjoni baqgħet tiela' u tiżdied xahar wara xahar minn Jannar li għadda meta kienet tlaħħaq l-4.1%.

More in Politika