'Kemm hi kerha l-mibgħeda!' - L-Arċisqof jagħti l-aħħar tislima lil Lassana Cisse Souleyman

Lassana, immigrant f'Malta, inqatel huwa u miexi fi triqtu lejn iċ-ċentru ta' Ħal Far fl-2019 

L-Arċisqof u l-Imam jagħtu l-aħħar tislima lil Lassana Cisse
L-Arċisqof u l-Imam jagħtu l-aħħar tislima lil Lassana Cisse

"Ejja naraw li l-mewt ta' Lassana turina kemm hu ikrah id-diżrispett lejn xulxin u kemm tista' tkun kerha l-mibgħeda." Hekk sostna l-Arċisqof Charles J Scicluna fl-aħħar tislima li ngħatat lil Lassana Cisse Souleyman - immigrant li inqatel nhar it-18 ta' Mejju 2019 - fil-moskea ta' Raħal Ġdid. 

L-Arċisqof sostna illi għandna  nitolbu maħfra għad-dnubiet tan-negliġenza, diżrispett u mibgħeda, filwaqt iżda li fakkar li l-Maltin huma poplu kburi bil-wirt tagħhom, poplu li jilqa' lill-barrani fi ħdanu. "Għalhekk din hija ġurnata kerha għax dan l-ideal tkisser," sostna l-Arċisqof li fakkar illi l-Papa Franġisku iltaqa' mal-immigranti ftit biss 'il bogħod minn fejn inqatel Lassana. 

Huwa temm juri x-xewqa u t-tama li l-ġurnata tal-lum timmarka bidla fi triqitna biex verament ngħixu f'imħabba, rispett, tolleranza u aċċetazzjoni. 

Poster b'wiċċ Lassana Cisse Souleyman, li nqatel
Poster b'wiċċ Lassana Cisse Souleyman, li nqatel

 

More in Politika