Il-ġisem ta' Lassana Cisse se jintbagħat il-Kosta tal-Ivorju tliet snin wara l-qtil razzjali

Lassana, li kellu 42 sena, inqatel fis-6 ta' April 2019. Żewġ suldati qed ikunu akkużati bil-qtil tiegħu

Il-ġisem ta' Lassana Cisse se jkun qed jintbagħat lura f'pajjiż il-vittma, tliet snin wara li nqatel b'tiri minn karozza f'Ħal Far. Dan id-delitt kien meqjus bħala razzjali.

Sors mill-Gvern li tkellem ma' The Times of Malta kkonferma li l-ġisem ta' Cisse se jkun qed jintbagħat lura fil-Kosta tal-Ivorju.

Lassana, li kellu 42 sena, inqatel fis-6 ta' April 2019. Żewġ suldati qed ikunu akkużati bil-qtil tiegħu.

It-tnejn li huma qed iwieġbu mhux ħatja u bħalissa jinsabu fuq ħelsien mill-arrest.

Jidher li għaddejja t-tħejjija biex Cisse jingħata l-aħħar tislima.

More in Politika