Randolph Debattista Kap Eżekuttiv tal-PL għat-tieni darba... jieħu post George Azzopardi

George Azzopardi kien ir-raba' persuna li okkupat din il-kariga li nħolqot minn Joseph Muscat, minflok il-kariga ta' Segretarju Ġenerali

Randoplh Debattista
Randoplh Debattista

Is-sit illum.commt huwa infurmat illi waqt il-laqgha tal-Ezekuttiv Nazzjonal tal-Partit Laburista llejla l-Kap Eżekuttiv  tal-istess partit George Azzopardi informa li kien qed intem il-kariga tieghu fil-Partit Laburista. Huwa rringrazzja lill-attivisti kollha u qal lill-Eżekuttiv li wasal iż-żmien li jagħmel spazju għal nies ġodda fil-PL. 

Azopardi huwa r-raba' Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, kariga li nħolqot mill-bidliet li kien wettaq l-eks Mexxej Laburista Joseph Muscat. L-ewwel persuna kienet James Piscopo li wara ngħata t-tmexxija ta' Transport Malta, warajh Randolph Debattista li tneħħa ftit wara li ħa l-kariga Robert Abela u wara George Azzopardi, li qabel din il-kariga kien jaħdem fil-Ministeru ta' Marie Louise Coleiro Preca. Okkupa din il-kariga wkoll Gino Cauchi, li imbagħad mar imexxi Il-Grand Harbour Regeneration Committee.

Issa ill-ġdid Randolph De Battista - li kien ukoll co-opted fil-Parlament - se jerġa' jassumi l-kariga ta' Kap Eżekuttiv  tal-Partit Laburista għat-tieni darba.

Din il-kariga nħolqot minflok dik ta' Segretarju Ġenerali li l-aħħar illi kien jokkupaha kien Jason Micallef.

More in Politika