Jitneħħa moratorju għall-kaċċa fuq il-gamiema... L-Ornis tiddeċiedi favur staġun ta' ġimagħtejn

Il-kaċċa fuq il-gamiema kienet twaqqfet għax it-tajra kienet meqjusa vulnerabbli

Il-Kumitat Ornis għadu kemm ħabbar - ġmgħa i nofs qabel l-elezzoni - li vvota favur tneħħija ta' moratorju fuq il-kaċċa fuq il-gamiem, mill-istaġun tal-kaċċa ta' din is-sena. Dan tħabbar mill-għaqda Birdlife li qalet illi hi vvutat kontra flimkien ma' persuna oħra li astjeniet. 

Il-moratorju oripinarjament kien infurzat mill-Gvern fl-2017 wara inkwiet li l-popolazzjoni kienet qed tonqos u allura kienet ikkunsidrata bħala speċi vulnerabbli. 

L-Ornis iddeċieda li l-kaċċa għall-gamiem għandu jitħalla jsir għal ġimagħtejn, bejn is-17 u t-30 ta' April b'limitu ta' 1,500 gamiema li tista' tinqabad. Dwar is-summien il-Kumitat iddeċieda li l-kaċċa għal din it-tajra tista' ssir bejn l-10 u t-30 ta' April u jistgħu jinqabdu 2,400 għasfur. 

Fiż-żewġ każi Birdlife Malta vvutat kontra. 

Birdlife qalet illi dan il-vot kien mistenni u huwa frott pressjoni mill-kaċċaturi. "Filwaqt li pajjiżi fl-Ewropa qed jipproteġu din it-tarja b'uħud minnhom saħansitra kjwaqqfu l-kaċċa fuq il-gamiema anke fil-Ħarifa, hawn Malta se tkompli tinqatel." 

L-FKNK intant qalet illi taqbel mal-konklużjoni tal-Ornis u fakkret li din id-deroga se tgħodd għal żmien qasir, għal numri żgħar u taħt superviżjoni stretta.

 

More in Politika